Bologna, Italy - An IT specialist working at the Leonardo supercomputer facilityL-Unjoni Ewropea tista’ ssir mexxejja globali fl-intelliġenza artifiċjali (IA) u tippromwovi l-iżvilupp u l-użu ta’ soluzzjonijiet tal-IA li jkunu ta’ benefiċċju għas-soċjetà u għall-ekonomija. Il-Kummissjoni ppreżentat il-pjan ta’ azzjoni għal kontinent tal-IA biex il-qawwiet tal-UE, bħat-talent uniku u l-industriji tradizzjonali b’saħħithom, jinbidlu f’aċċelleraturi tal-IA.Il-pjan ta’ azzjoni għal kontinent tal-IA jispjega kif jista’ jiġi sfruttat il-potenzjal li għadu mhux sfruttat tar-riċerkaturi u tal-industriji tagħna. L-għan tiegħu hu li jsawwar il-fażi li jmiss tal-iżvilupp tal-IA, jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku, u jsaħħaħ il-kompetittività tagħna f’oqsma bħall-kura tas-saħħa, il-karozzi, ix-xjenza u aktar. Ċifri ewlenin Verżjoni testwali€200 biljun biex tingħata spinta lill-iżvilupp tal-IA fl-Ewropa€20 biljun biex jiġu ffinanzjati sa ħames gigafabbriki tal-IA13-il fabbrika tal-IA se jappoġġaw lin-negozji ġodda, lill-industrija u lill-attivitajiet tar-riċerka Azzjonijiet ewlenin tal-pjan ta’ azzjoni għal kontinent tal-IA Filwaqt li jibni fuq it-tnedija tal-inizjattiva InvestAI li se timmobilizza €200 biljun għall-investiment fl-IA fl-UE, il-pjan ta’ azzjoni għal kontinent tal-IA għandu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-IA tagħna, billi jippromwovi inizjattivi f’ħames oqsma ewlenin.Nibnu infrastruttura tal-computing tal-IA fuq skala kbiraIl-mudelli avvanzati tal-IA jeħtieġu investiment, infrastruttura u kollaborazzjoni. Il-pjan tagħna se jiġbor flimkien l-elementi meħtieġa biex jgħin lin-negozji Ewropej jeċċellaw fl-IA permezztal-istabbiliment ta’ mill-inqas 13-il fabbrika tal-IA fl-Ewropa kollha, bl-użu tan-network tagħna tas-supercomputing fost l-aqwa fid-dinja. Dawn il-fabbriki se jappoġġaw lin-negozji ġodda, lill-industrija u lir-riċerkaturi biex jiżviluppaw mudelli u applikazzjonijiet avvanzati tal-IAtal-istabbiliment sa 5 gigafabbriki tal-IA, faċilitajiet fuq skala kbira b’qawwa komputazzjonali massiva u ċentri tad-data. Dawn se jippermettu t-taħriġ ta’ mudelli kumplessi tal-IA fuq skala bla preċedent. Din l-inizjattiva teħtieġ kemm investiment pubbliku kif ukoll privat u se tiżgura t-tmexxija tal-UE fl-IA mill-aktar avvanzatatal-Faċilità InvestAI li l-għan tagħha hu li timmobilizza €20 biljun biex jiġi xprunat l-investiment privat fil-gigafabbrikital-proposta tal-att dwar l-iżvilupp tal-cloud u tal-IA li se jagħti spinta lill-investiment privat fil-cloud u fiċ-ċentri tad-data. L-għan huwa li fil-ħames jew fis-seba’ snin li ġejjin, il-kapaċità taċ-ċentri tad-data tal-UE tikber mill-inqas tliet darbiet bi prijorità liċ-ċentri tad-data sostenibbli. Inżidu l-aċċess għal data ta’ kwalità għoljaSettijiet tad-data kbar u ta’ kwalità għolja huma essenzjali biex jiġu żviluppati u mħarrġa mudelli avvanzati tal-IA. Se noħolqu l-kundizzjonijiet għal suq uniku għad-data permezztal-istrateġija għal Unjoni Ewropea tad-data li jmiss, li se trawwem suq intern reali għad-data, li jippermetti t-tkabbir tal-iżvilupp tal-IA fl-UE kollhatal-laboratorji tad-data fil-fabbriki tal-IA biex tinġabar u tiġi organizzata data ta’ kwalità għolja minn sorsi diversi. Dan se jagħti lir-riċerkaturi u lill-iżviluppaturi l-għodod li jeħtieġu għall-innovazzjoni.Nippromwovu l-IA fis-setturi strateġiċiBħalissa, 13.5 % biss tal-kumpaniji tal-UE jużaw l-IA. Biex jitnaqqas dan id-distakk, il-Kummissjoni nediet l-istrateġija għall-applikazzjoni tal-IA. Din l-istrateġija qiegħdatagħti spinta lill-adozzjoni tal-IA, b’mod partikolari fost l-SMEs u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medjatiffaċilita l-integrazzjoni tal-IA biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-industriji strateġiċitisfrutta l-benefiċċji soċjetali usa’ tal-IAissaħħaħ il-kapaċitajiet tal-UE u tikseb eċċellenza fl-IA mill-aktar avvanzata.Insaħħu l-ħiliet u t-talenti fl-IABiex nilħqu d-domanda dejjem akbar għat-talent fl-IA, se nedukaw u nħarrġu lill-ġenerazzjoni li jmiss ta’ esperti tal-IA bbażati fl-UEninċentivaw it-talent Ewropew fl-IA biex inżommuh u nġibuh lura fl-UEnattiraw u nżommu t-talent bil-ħiliet fl-IA minn pajjiżi mhux tal-UE, fosthom ir-riċerkaturi. Nissimplifikaw l-implimentazzjoni tal-att dwar l-IAIl-Kummissjoni qed tappoġġa lill-kumpaniji u lill-pajjiżi tal-UE fl-implimentazzjoni tal-Att dwar l-IA. Għal dan l-għan, diġà ppubblikat linji gwida dwar prattiki pprojbiti tal-IA u qed tgħin fl-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ prattika. Is-Servizz Desk tal-Att dwar l-IA jservi bħala ċentru ċentrali, u jipprovdi informazzjoni rilevanti biex jgħin lill-partijiet ikkonċernati jiddeterminaw jekk jaqgħux taħt obbligi legali speċifiċi. L-Ewropa kif qed issir mexxejja fl-IA? Dokumenti 9 APRIL 2025AI Continent Action Plan COM(2025)165 9 APRIL 2025Annex to the AI Continent Action Plan COM(2025)165 Links relatati Approċċ Ewropew għall-intelliġenza artifiċjaliIntelliġenza artifiċjaliKompetittività
Bologna, Italy - An IT specialist working at the Leonardo supercomputer facilityL-Unjoni Ewropea tista’ ssir mexxejja globali fl-intelliġenza artifiċjali (IA) u tippromwovi l-iżvilupp u l-użu ta’ soluzzjonijiet tal-IA li jkunu ta’ benefiċċju għas-soċjetà u għall-ekonomija. Il-Kummissjoni ppreżentat il-pjan ta’ azzjoni għal kontinent tal-IA biex il-qawwiet tal-UE, bħat-talent uniku u l-industriji tradizzjonali b’saħħithom, jinbidlu f’aċċelleraturi tal-IA.Il-pjan ta’ azzjoni għal kontinent tal-IA jispjega kif jista’ jiġi sfruttat il-potenzjal li għadu mhux sfruttat tar-riċerkaturi u tal-industriji tagħna. L-għan tiegħu hu li jsawwar il-fażi li jmiss tal-iżvilupp tal-IA, jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku, u jsaħħaħ il-kompetittività tagħna f’oqsma bħall-kura tas-saħħa, il-karozzi, ix-xjenza u aktar.